Dikjarazzjoni tal-Għanijiet tal-Kunsill

L-Għanijiet tal-Kunsill huma:

1. Sabiex b’integrita’ jitmexxa l-operat tal-Kunsill b’immaniġġjar effettiv tar-riżorsi disponibbli u billi jkun identifikat dak li jhedded l-operat tal-Kunsill kif ukoll l-opportunitajiet għall-lokalita’ tagħna filwaqt li jsir pjanar diliġenti għall-futur.

2. Sabiex issir kontribuzzjoni lejn l-iżvilupp kontinwu tal-lokalita’ tagħna u tal-benesseri tal-Komunita’ bil-għan li jitjieb il-livell tal-għixien tar-residenti.

3. Sabiex jkunu skjerati effettivament ir-riżorsi u b’hekk jkun assigurat żvilupp sostenibbli tal-lokalita’ tagħna.

4. Sabiex insaħħu l-pożizzjoni bħala wieħed mill-aqwa Kunsilli u b’hekk nissodisfaw il-bżonnijiet tar-residenti tagħna b’effiċjenza u kwalita’ ta’ servizz.

5. Sabiex ninvestu fi żvilupp sostenibbli tar-residenti billi jkun premjat l-altruiżmu u l-inizzjattiva f’ambjent ikkurat.

 

Il-Valuri tal-Kunsill Lokali Ħal Għargħur huma:

1. Tħaddim effettiv tar-riżorsi għall-benefiċċju tal-lokalita’ tagħna u tar-residenti tagħna.

2. Rispett lejn l-opinjonijiet u twemmin tal-membri kollha tal-Komunita’ tagħna.

3. Inkoraġġiment ta’ titjib sostenibbli tal-infrastruttura tal-lokalita’.

4. Amministrazzjoni tal-Kunsill ġusta u trasparenti.

5. Impenn sabiex jkun provdut l-għola livell ta’ servizz lir-residenti tagħna.