L-invenzjoni tas-semaforu mekkaniku jgħidu li hi tal-aħwa Chappe, Claude u Ignace, Franċiżi, li meta kienu fi skejjel differenti ħolqu arblu bi friegħi mekkaniċi biex iżommu kuntatt. Wara r-rivoluzzjoni Franċiża, Claude, il-kbir fost it-tnejn tilef il-benefiċċji reliġjużi u fit-2 ta’ Novembru 1789, kien imġiegħel jerġa’ lura lejn Brulon fejn twieled. Hawnhekk, flimkien ma’ wliedu, iddeċieda jiftaħ ħanut għall-messaġġi bit-telegraf.
L-aħwa Chappe għaddew il-ftit snin ta’ wara jesperimentaw fuq dan il-mezz ġdid ta’ komunikazzjoni li tingħaraf bl-għajnejn sakemm faqgħu l-gwerer tax-xewwiexa meta l-miri tar-repubblikani fi Franza kienu mheddin serjament minn invażjoni barranija. F’dak iż-żmien, l-invenzjoni ta’ Chappe bidet tiġi wżati mill-armata Franċiża bħala mezz effettiv ta’ komunikazzjoni bejn il-belt kapitali u l-fruntieri mhedda. F’medda qasira ta’ żmien twaqqfu aktar minn seba’ mitt stazzjon tas-sinjali fit-territorju Franċiż u ġew imdaħħla eluf ta’ rġiel f’din il-ħidma.
Is-suċċess immedjat ta’ din is-sistema malajr kien immarkat mill-Ingliżi li ma tilfu l-ebda żmien biex jadottaw invenzjoni bħalha ta’ Lord George Murray u jgħaqqdu l-Ammiraljat f’Londra mal-flotta f’Portsmouth u Plymouth. Is-sistema Ingliża kienet tiddependi fuq kuntatt li jaraw l-għajnejn biex jikkomunikaw. Dan kien irid frejm rettangolari, mgħammar b’ħames panellijiet li jduru, immarkati, b’forom tondi ta’ lwien differenti, li l-għaqda waħdanija tagħhom kollha flimkien kienet tifforma sinjali differenti. B’din is-sistema l-ħin li kien jgħaddi biex messaġġ jgħaddi minn Londra għal Portsmouth ġie imnaqqas għal 15 -il minuta.
F’Malta, is-setgħat militari ma rawx il-ħtieġa tal-istazzjonijiet tas-semaforu qabel 1844. Ftit qabel din id-data, sar tentattiv biex jitqiegħdu apparati bħal dawn fuq il-kampnari bla għadd tal-knejjes jew fuq il-koppli madwar il-gżira. Għall-ewwel, l-awtoritajiet tal-knisja, kienu qablu mal-proposta, iżda ftit wara ċaħduha. Biex ma jitilfux kollox l-awtoritajiet militari għażlu li jibnu tliet stazzjonijiet tas-semaforu f’Ħal Għaxaq, Ħal Għargħur u n-Nadur f’Għawdex. Ma’ dawn twaqqfu tliet stazzjonijiet oħra; fuq il-Palazz tal-Gvernatur, il-Belt, fuq il-Kastell ta’ Selmun u fuq il-Light House ta’ Ġurdan f’Għawdex.
It-torrijiet ġodda tas-semaforu kellhom tlett ikmamar mibnijin waħda fuq l-oħra, b’taraġ imdawwar jgħaqqad il-kmamar flimkien sa fuq il-bejt.
L-Arblu tas-Semaforu Mekkaniku
Kull torri kien jaħseb biex isajjar l-ikel u kellu faċilitajiet sanitorji għas-suldati stazzjonati. L-apparat għas-sinjali kien wieqaf fil-għoli fuq il-bejt tat-torri. Dan kellu arblu tal-injam bi tliet friegħi (qishom paletti) twal jiċċaqalqu, il-qies tiegħu kien ta’ 12-il pied għoli. Tnejn biss minn dawn il-paletti kienu wżati fl-istess ħin biex jibagħtu messaġġ. Dan kien isir billi jċaqilqu l-paletti f’pożizzjoni partikolari li tfisser ittra tal-alfabett jew numru kif propost fil-kodiċi tas-sinjali.
B’dan kollu l-ebda messaġġ bħal dan ma jintbagħat mingħajr ma jkun hemm paletti oħra mwaħħla ‘l isfel mal-arblu. Din kienet meħtieġa biex turi lill-istazzjonijiet oħra l-faċċata u n-naħa ta’ wara tal-istazzjon li qed jibgħat il-messaġġ. Mingħajr din il-paletta tawwalija indikattiva ma setgħux jinqraw messaġġi ċari, billi s-semaforu seta’ jagħmel biss disgħa movimenti li meta tgħaqqadhom kollha kellhom ifissru l-alfabet kollu u numri minn xejn sa disgħa.
Il-paletti li jagħtu l-messaġġ kienu jitħaddmu bl-idejn minn operator tekniku li kien juża mqabad f’forma ta’ ‘crank’ magħqud ma’ noti bis-snien. Medda ta’ katina li ddawwar ir-roti bis-snien tgħaddi fuq is-snien u tilħaq rumnell tal-azzar biex idawwar ir-roti waħda waħda mwaħħlin mal-paletti. Hekk biex jibgħat messaġġ l-operatur kellu jbiddel b’idejh tnejn mill-imqabad li kellu, li meta jmisshom kienu jqieghdu f’pożizzjoni tajba l-paletti biex juru ittra jew numru.
Nafu li n-nies li jinqalgħu ħafna għas-sinjali jistgħu jibagħtu messaġġi billi jużaw din is-sistema fi żmien qasir ħafna bir-rata ta’ 15-il sinjal kull minuta. Sentenzi jew frażijiet twal kienu jitqassru b’mod approvat biex iħaffu l-proċess.
Għalkemm dawn l-istazzjonijiet kellhom valur kbir għall-militar, kienu jħossu wkoll li f’dawn qegħdin jinħlew ħafna rġiel, li setgħu jkunu wżati banda oħra. Għalhekk fl-1851, il-Bord Lokali tal-Ordinanza ssuġġerixxa biex il-post tagħhom jittieħed mill-pensjonanti tar-Royal Malta Fencibles b’salarju ta’ £40 fis-sena. Iżda , minn dan ma sar xejn, u dawn it-torrijiet baqgħu mgħammra kif kienu qabel ma daħlu r-Royal Engineers.
Matul il-gwerra tal-Krimea tal-1854-6 irnexxa l-ewwel użu tat-telegraf bl-elettriku. Kejbil kien mifrux taħt il-baħar bejn Varna u Balaklava u mqabbad ma’ kejbil fl-art li kien jgħaqqad għall-ewwel darba fl-istorja kmandant fuq il-kamp tal-battalja mal-Uffiċċju tal-Gwerra f’Londra. Din l-invenzjoni ġdida kienet tuża kurrenti elettriċi li kienu jibagħtu permezz tal-Morse li jaqbel mal-alfabet iffurmat mill-amerikan Samuel F.B. Morse. Din l-invenzjoni malajr ħadet ix-xogħol tas-semaforu mekkaniku.
F’Malta, din il-bidla ħadet aktar żmien sakemm seħħet, iżda meta saret l-istazzjonijiet tas-semaforu twarrbu għal użu sekondarju. U baqgħu hekk sal-1883, meta l-aħħar wieħed fost dawn l-istazzjonijiet, dak tan-Nadur f’Għawdex fl-aħħar ingħalaq ukoll.
It-Tieni Gwerra Dinjija
Fit-tieni gwerra dinjija, l-istazzjon tas-sinjali kien meħud minn membri tat-tieni battaljun tal-Irish Fusiliers bħala turretta ta’ quddiem għall-osservazzjoni. Mappa ta’ Malta mpinġijja bir-reqqa għadha tidher sal-ġurnata tal-lum fuq wieħed mill-ħitan tal-kamra fit-tieni sular. Din tista’ tagħti prova ta’ l-irwol ta’ dan il-bini bħala punt ta’ osservazzjoni.
Proġett ta’ Restawr
Il-kunsill lokali ta’ Ħal Għargħur flimkien mal-Fondazzjoni Wirt Artna rrestawra t-Torri tas-Semaforu li kien hemm f’Ħal Għargħur. Għalkemm il-bini kollu tat-torri, meta tqisu kollu, kien għadu relattivament b’saħħtu, kellu bżonn ċerta attenzjoni, l-aktar fil-livell t’isfel, fejn il-ħitan fuq barra kienu milqutin ħafna mill-umdita’ li dejjem bidet tielgħa. Jekk inqisu l-kwalita’ tajba tad-dekorazzjoni ta’ ġewwa fl-ewwel u t-tieni sular, apprezzajna kull sforz li sar biex iħarsuhom. L-istess sforz sar dwar l-aperturi tal-injam li xi wħud minnhom żgur li għandhom minn żmien meta t-torri kien jaqdi x-xogħol tiegħu.
Barra milli nibżgħu għal bini ieħor bħala wirt permezz ta’ dan il-proġett kien hemm il-ħsieb li jingħata lura lill-pubbliku Malti biċċa bini ta’ wirt għani nazzjonali li kien ilu mitluf. L-inawgurazzjoni tat-Torri tas-Semaforu rrestawrat saret il-Ħadd 12 ta’ Lulju 2009 fil-preżenza tal-Onorevoli Ministru George Pullicino, is-Sindku, il-Viċi sindku u l-Kunsillieri.