Benefiċċji tal-Enerġija mix-Xemx

Solar Energy Benefits

Il-Kunsill Lokali Ħal Għargħur ingħaqad ma’ kunsilli lokali oħra kemm lokalment kif ukoll fuq livell ta’ Unjoni Ewropea fi sforz sabiex flimkien nikkombattu t-tibdil fil-klima. B’dan il-għan il-Kunsill Lokali Ħal Għargħur iffirma is-SEAP -Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Sostenibbli (Irreferi sezzjoni Riżorsi -Dokumenti)

Bil-limitazzjonijiet finanzjarji u ta’ riżorsi umani li għandu, l-Kunsill lokali jikkommetti ruħu li jippromwovi u jifrex l-edukazzjoni, jinteressa ruħu u meta huwa possibli jissusidja proġetti relatati biex jintlaħqu dawn il-miri. B’dawn il-miżuri, l-Kunsill Lokali irid jipproġetta t-twemmin fl-importanza tal-ambjent u jnaqqas l-emissjonijiet billi jippromwovi riżorsi alternattivi ta’ enerġija favur l-ambjent.

Sabiex ipoġġi fil-prattika l-miri msemmija l-Kunsill Lokali Ħal Għargħur installa Pannelli Fotovoltaiċi fil-ġnien pubbliku Ġnien il-Paċi. Biex tara statistika dwar l-enerġija ġġenerata mill-Pannelli agħfas hawn.