Servizzi Offruti mill-Kunsill

Ġbir ta’ Bulky Refuse

Dan is-servizz huwa pprovdut darba fil-ġimgħa (kull nhar ta’ Ħamis mis-7.00am ‘il quddiem). Ir-residenti huma ġentilment mitluba biex jgħarrfuna minn qabel b’dak li għandu jinġabar billi jċemplu lill-kunsill fuq dawn in-numri –

2141 4111∕ 2741 4111 jew jibaghtu e-mail fuq gharghur.lc@gov.mt.

Ġbir ta’ Skart Imħallat (borża s-sewda)

Dan is-servizz huwa provdut nhar ta’ Tnejn, Ħamis u Sibt u fil-vaganzi pubbliċi kollha li jaħbtu fil-ġranet imsemmija. Il-ġbir jibda mit-8.00 ta’ filgħodu. Ir-residenti huma mitluba biex ma joħorġux iż-żibel qabel is-7.30 ta’ filgħodu u jżommu l-boroż kollha taż-żibel qrib ir-residenza tagħhom.

Ġbir ta’ skart li jista’ jiġi riċiklat (karti, plastik, metall)

Dan is-servizz huwa provdut kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħau fil-vaganzi pubbliċi kollha li jaħbtu fil-ġranet imsemmija. Il-ġbir jibda mit-8 ta’ filgħodu. Ir-residenti huma mitluba biex ma joħorġux l-iskart tagħhom qabel is-7.30 ta’ filgħodu u li jżommu l-boroż kollha tal-iskart maġenb id-dar tagħhom. Il-Kunsill b’kollaborazzjoni mal-Green MT jipprovdi pakkett ta’ boroż tar-riċiklagg lill-kull familja kull xahrejn. Il-boroż jistgħu jinġabru mill-uffiċċju tal-Kunsill waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju. Triq tiġi preżentata l-karta tal-Identita’.



Bring – In – Site

Skart separat u li jista’ jiġi riċiklat (karti, plastik, metall u ħġieġ) jista’ jintrema wkoll fil-bins tal-Bring in Site li qegħda fi Triq San Ġwann.

Tindif tat-Toroq

It-tindif huwa pprovdut kuljum u t-toroq jitnaddfu għall-inqas darba fil-ġimgħa. Qtugħ tal-ħaxix huwa provdut fuq bażi ta’ perjodi u kemm ikun meħtieġ.

Ħlas ta’ ċitazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Wardens

Jiġu aċċettati dawn il-ħlasijiet fl-uffiċċju tal-kunsill lokali kull jum matul is-sigħat tal-uffiċċju.

Ħlas ta’ kera għal propjeta` tal-Gvern

Il-ħlasijiet jiġu milqugħa fl-uffiċċju tal-kunsill lokali kull jum fis-sigħat tal-uffiċċju.

Ħlas ta’ Liċenzji tan-negozju

Liċenzji tan-negozju jistgħu jkunu mġedda fl-uffiċċju tal-kunsill lokali. In-nota tal-ħlas il-ġdid għandha tkun ippreżentata mal-ħlas.

Ħarġiet għall –kultura

Dawn il-ħarġiet jiġu organizzati għall-aħħar Tlieta ta’ kull xahar. Ikun hemm aktar dettalji fuq in-notice boards tal-kunsill lokali. Ir-residenti huma mitluba biex jinkitbu kmieni.

Kartanzjan

Il-kunsill lokali hu responsabbli għall-kontroll tal-Kartanzjan fil-lokalita` tagħna. Ir-residenti anzjani tagħna huma ġentilment mitluba jibagħtu kull ilment lill-kunsill lokali. Applikazzjonijiet biex ikollhom mill-ġdid il-Kartanzjan ghall-cards mitlufa jistgħu jinkisbu mill-kunsill.

Ilmenti∕proposti

Ir-residenti li jixtiequ jressqu xi lment jew jippreżentaw xi suġġeriment lill-kunsill lokali jew xi dipartiment tal-gvern, huma mitluba li jkellmu lill-kunsill lokali. Dan il-proċess jinvolvi:

Reġistrazzjoni tal-ilment∕ suġġeriment
Iċċekjar
Referenza lill-awtorita’ konċernata
Risposta

Dawl fit-toroq

Meta tirraporta xi lampa mitfija jekk jogħġbok aħseb li tikteb magħha t-tliet numri li jirreferu għaliha mmarkati fuq ħafna lampi per eżempju W013∕24

Manutenzjoni tat-triqat

Il-kunsill lokali huwa responsabbli biex jieħu ħsieb tat-toroq kollha fil-lokalita’. Aħna nieħdu gost ngħidu li prattikament it-toroq kollha ta’ ġor-raħal fil-lokalita’ tagħna huma miżmuma bħala toroq fl-aħjar kundizzjoni. Żgur li dan jirrifletti l-impenn tal-kunsill f’dan ir-rigward.

Ġnien il-Paċi (Ġnien Pubbliku)

Nistednukom iżżuru dan is-sit ta’ mistrieħ li qiegħed fi Triq San Ġwann u wara l-iskola primarja. Dan il-Ġnien pubbliku joffri ambjent rilassanti u ħieles mil-periklu, hu armat tajjeb u llum huwa miżmum bħala post li jispikka fil-lokalita’ tagħna. F’dan il-Ġnien wieħed jista’ jagħmel użu mis-servizz tal-Wifi.

Lattrina Pubblika

Il-lattrina pubblika tinsab fi Triq San Ġwann u tinfetaħ kull jum inkluż il-Ħadd u fil-festi pubbliċi.

Permessi mniżżla fil-lista hawn taħt jinħarġu mill-Kunsill Lokali billi wieħed japplika għalihom:

L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet barra mill-bini li jsiru fil-lokalita’ tagħna
Fejn jitqiegħdu l-iskips
Fejn jitqiegħdu l-kjoskijiet temporanji bl-inġenji tagħhom (matul il-festa tar-raħal u matul il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira)
Krejns u makkinarju jew armar ieħor ta’ servizz fil-lokalita’

Tagħrif

Karti ta’ tagħrif dwar il-lokalita’ kif ukoll materjal ieħor ta’ interess Ġenerali jinkisbu mingħajr ħlas mill-uffiċċju tal-kunsill lokali.

Formoli ta’ applikazzjoni

Formoli għall-applikazzjonijiet diversi jinkisbu wkoll mill-uffiċċju tal-kunsill lokali. Fost dawn issibu formoli:

għall-ċertifikati tat-twelid
għall-ċertifikati tal-mewt
għall-ċertifikati taż-żwieġ
għat-tiġdid jew ħruġ ta’ passaport
dikjarazzjoni ta’ bidu ta’ xogħol Ġdid jew tmiem ta’ xogħol- ETC
applikazzjoni biex tieħu lura flus tal-VAT fuq spejjeż li jkollhom x’jaqsmu ma’ funzjoni tat-tieġ
applikazzjoni biex tieħu lura flus tal-VAT li kellhm x’jaqsmu ma’ funeral
Formoli tal-GO
applikazzjoni għall-korsijiet organizzati mid-dipartiment tal-edukazzjoni
applikazzjoni biex tieħu sehem fi skolasports
formoli tal-Arms u Enemalta
għajnuna fid-dar għal dawk li huma anzjani
applikazzjoni biex ikollhom servizz ta’ telecare
applikazzjoni għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-persuni b’disabilita’, applikazzjoni għal karta speċjali ta’ identita’, għal parking riżervat, servizzi ta’ assistenza soċjali, permess għall-ipparkjar ta’ persuni b’disabilita’.

Pubblikazzjonijiet

Il-Gargur – In-nies u l-Knejjes Tiegħu

Kittieb – Francis Pace. Ktieb mimli tagħrif li jista’ jinxtara mill-uffiċċju tal-kunsill lokali fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Il-prezz ta’ dan il-ktieb huwa ta’ €7.

Agħraf wirt ir-raħal tiegħek

Kittieb – John Sare’. Dan il-ktieb jista’ jinxtara mill-uffiċċju tal-kunsill lokali fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Il-prezz ta’ dan il-ktieb hu ta’ €10.

Ir-Raħal fuq l-Għolja – Erba’ mixjiet f’Raħal li Jsaħħrek

Kittieb- Julian Bezzina Il-ktieb jista’ jinxtara mill-uffiċċju tal-kunsill lokali fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Jiswa €2.50. Issib ukoll verzjoni bl-Ingliż tal-istess ktieb.

Oħrajn

Badges ta’ fuq il-pavru

Jistgħu jinxtraw badges ta’ fuq il-pavru li fihom l-arma tal-lokalita’. Iqumu €3.50 u ssibuhom fl-uffiċċju tal-kunsill fil-ħin tal-uffiċċju.

Servizz bla ħlas fuq l-Internet

Jinkiseb mill-uffiċċju tal-kunsill f’dawn il-jiem: mit-Tnejn sal-Gimgha bejn it-8.00am u s-1.00pm u mis-2.30pm sal-4.00pm,u nhar ta’ Sibt mit-8.00am sal-11.00am.

Librerija Pubblika

Il-Librerija pubblika tinsab fi Triq San Bartilmew, Ħal Għargħur

Ġranet u Ħinijiet tal-Ftuħ:

Fix-Xitwa (waqt il-ġranet tal-Iskola)

L-Erbgħa 8.30am – 12.30pm 2.30pm – 4.30pm

Fis-Sajf

L-Erbgħa 8.30am – 12.30pm
Il-Ġimgħa 10.00am – 12.00pm

Matul is-Sena kollha

Is-Sibt 9.00am – 11.00am