Postijiet tal-Gwerra

Fuq iż-żewġ naħat ta’ Ħal Għargħur hemm żewġ widien: Wied id-Dis u Wied Anġlu. Ir-raħal hu mdawwar b’żewġ għoljiet oħra qishom tal-istess għoli (450 pied) ‘il fuq mill-baħar: Birguma u l-Madliena. Fil-quċċata taż-żewġ għoljiet kien hemm żewġ fortizzi: waqt li Birguma kienet armata kontra l-ajruplani(illum żarmata), il-Madliena kienet għassa kontra attakki mill-baħar mill-1880, għadha hemm iżda bla użu. Il-Batterija tal-Ferħa, inbidlet fi sptar żgħir għal-lebrużi u ġie magħluq m’ilux.

Bini ieħor militari –

  1. It-Torri tas-Semaforu fit-triq lejn in-Naxxar.
  2. Stazzjon qadim tas-serċlajt (Searchlight Station) f’Lanċiritika ta’ l-Ewwel Gwerra Dinjija.
  3. Stazzjon tas-Sinjali (signal station) tat-Tieni Gwerra Dinjija qrib il-Master Antenna tal-Broadcasting Authority.
  4. Il-Victoria Lines mibnijin bejn 1878-80. Din id-difiża li sserrep bejn għoljiet u rħula, tibda minn sieq il-Madliena quddiem Baħar iċ-Ċagħaq u tintemm f’Binġemma.

(Artiklu miktub minn Dun Karm Bezzina)