Abitanti

L-ewwel sinjali ta’ abitazzjoni vera fir-raħal twassal saż-żminijiet Rumani, għalkemm instabu ftit oqbra Puniċi wkoll. Quddiem il-knisja ta’ San Ġwann l-Għammiedi kienet mikxufa magħsra taż-żejt f’Jannar 1955. Kienet kostruzzjoni rumana u l-awtoritajiet tal-Mużew ħadu dak li sabu lejn il-Villa Rumana fir-Rabat.

Leġġenda lokali tmur iktar ‘il bogħod, u tqis li l-art ta’ San Brinkat tasal sad-dulluvju bibbliku, meta l-blata ta’ Rażża tgerbet ‘l isfel minn post aktar għoli. F’Jannar 1973 inqalbet b’xita qawwija li rattbet l-ħamrija li kienet hemm mas-sies tagħha; wara kienet meqruda biex tiftaħ in-niżla lejn il-Magħtab.

L-Għerien ta’ San Brinkat (Pankrazju) fl-Isfrondar il-Kbir tal-art li ħoloq l-għolja kienu wżati biex jgħammru fihom u f’wieħed minnhom, il-kbir, kien jintuża għall-qima wkoll. Fl-għar iż-żgħir hemm data 1454 minquxa ċar fil-ġebla. Il-bir li l-ilma tiegħu kien maħsub li kellu l-qawwa li jfejjaq issa huwa vojt : l-użu tiegħu spiċċa minħabba l-biża tal-ġdiem billi l-morda kienu jinħaslu fiħ.