Dan huwa wieħed mill-irħula antiki ta’ malta. Dan l-aħħar kienet qamet kontroversja f’xi gazzetti lokali dwar l-isem tiegħu: Għargħur jew Gargur?
Dokumenti qodma bħal-lista tal-milizzja (1419-20) u l-eqdem dokumenti tal-parroċċa isejħulu Casali Grigori, Casal Gregorio, Casal Gargur. F’xi mapep ta’ dawk iż-żmienijiet l-isem jidher bħal San Gregorio, jew Gregorio, jew Galgour. Matul l-istorja, l-Maltin kellhom devozzjoni popolari lejn San Girgor il-Kbir, u fir-raħal tagħna qrib tal-Ferħa kien hemm kappella dedikata lilu, imsemmija minn Mons. Dusina (1575). Illum ukoll qrib l-istess post xi għelieqi huma magħrufa bħala ta’ “Girgor”
Sa mill-1419-20 l-isem għadda minn serje ta’ tibdil min-nutara u kittieba tal-istorja, Agius de Soldanis jagħtina Gargur u Għargħur . Il-lexikon ta’ Vassalli daħħal Għargħur, Gregorius, Gregorio, Ħal Għargħur (colonna 321). Warajħ daħal sewwa Għargħur, waqt li Gargur baqa’ in voga sat-Tieni Gwerra Dinjija. Illum, dokumenti uffiċċjali jagħtuna Ħal Għargħur. Dawk li jħobbu l-istorja huma maqsuma. Oħrajn isegwu l-preferenzi sentimentali tagħhom.