Il-Mixja mal-Victoria Lines

Il-medda mimlija xenarju madwar ir-raħal ta’ Ħal Għargħur huwa l-programm ta’ din il-mixja. Ħal Għargħur mifrux fil-quċċata ta’ għolja, huwa mdawwar b’għadd ta’ sqaqien u widien li jidħlu ‘l ġewwa mill-Isfrondar il-Kbir (Great Fault), b’mod li jidher l-aħħar f’Wied Anġlu u Wied il-Faħam.

Nitilqu minn quddiem il-knisja ta’ Ħal Għargħur, xogħol tal-arkitett Malti Tumas Dingli, nimxu Triq San Bartilmew u meta ngħaddu minn ħdejn l-iskola primarja tal-post, induru fuq il-lemin matul Triq San Gwann u wara ftit passi naqbdu fuq ix-xellug in-niżla fi Triq Mons Luigi Catania.

Fi tmiem it-triq b’żewġ direzzjonijiet, naqbdu il-fergħa tal-lemin għall-mixi matul Wied Anġlu sakemm tilħaq il-Victoria Lines li jkunu ġejjin fuq it-tarf tal-għolja minn Naxxar Gap, jinżlu ‘l isfel u jaqsmu Wied Anġlu b’pont tal-ġebel u jitilgħu ‘l fuq lejn it-Taqsima tal-Victoria Lines li hi ma’ Ħal Għargħur.


Il-Victoria Lines

Il-medda tal-Victoria Lines tagħti dehriet ċari ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, tal-pjanura tal-Magħtab sa San Pawl il-Baħar u x-xatt tal-grigal ta’ Malta u Għawdex u tal-mera akustika (msejħa l-Widna) li tinsab qrib taħt. Din inbniet hemm dritt qabel it-Tieni Gwerra . F’dan il-post Maltacom kienet qiegħdet satellita ewlenija tal-komunikazzjonijiet tal- kif jidher mill-antenni l-kbar.

Meta tasal in-naħa l-oħra ta’ Ġebel San Pietru (St Peter’s hill) u l-art imżersqa kif ukoll is-sit tal-batterija (fortizza) tal-lemin ta’ Ħal Għargħur, li kienet proposta, ħares ‘l isfel f’Wied il-faħam u nnota kif il-ħajt baxx bħala lqugħ (Victoria Lines) jgħaddi minn ġol-wied u jogħla lejn in-naħa l-oħra. Barra dan minn hawnhekk inti tista’ tosserva naħat mill-Fortizza tal-Madliena, mibnija fil-quċċata tal-għolja dritt quddiemek.

Jekk trid iddur dawra fil-bini t’isfel mit-triq ta’ żmien ir-Reġina Vittorja (dan kien parti minn pjattaforma għal magna tal-elettriku) aqsam Wied il-faħam mill-pont tal-ġebel u erġa’ itla’ matul il-ħajt lejn art iktar għolja biex tasal għall-Batterija San Ġovanni, li nbniet bejn 1884 u 1887, maħsuba wkoll biex tiddefendi d-daħla ta’ Wied il-faħam u l-pjanura t’isfel. Għal darba oħra x-xenarju huma majestuża l-aktar fin-naħat weqfin ta’ Wied il-faħam.

Il-Pont tal-Arkati f’Wied id-Dis

Jekk taqbad is-sqaq li jdur fuq wara tal-batterija inti tasal f’salib it-toroq, li jekk tieħu l-passaġġ tax-xellug jieħdok matul l-aħħar medda tal-Victoria Lines. Il-fergħa tat-triq ta’ nofshom twasslek fil-Fortizza tal-Madliena. It-triq li rridu naqbdu hi fuq il-lemin, li tieħu lejn Ħal Għargħur, fuq pont bl-arkati, li jaqsam Wied id-Dis. Meta tgħaddi l-pont, it-triq tibda togħla f’salt, bejn għeliqi maħdumin waħda ogħla mill-oħra u veduta li tolqtok ta’ Wied il-faħam min-naħa ta’ ġewwa.

Meta tgħaddi maġenb dar bi ġnien tawwali, qisu f’nofs għolja hemm kitba bit-taljan fuq il-bieb ewlieni li tfakkar ir-residenza tal-uffiċċjali tal-milizja tar-raħal matul is-saltna tar-Re Ġorġ III. Din hi ftit ‘il bogħod minn kappella, b’arkitettura li tiġbdek, mibnija fl-1560 u dedikata lit-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija. Dawn l-inħawi huma magħrufa bħala taż-Żellieqa (slippery ground).

Kif tgħaddi passiġġata ‘l fuq fid-dieq ta’ Triq il-Ġnien, dur lejn ix-xellug, fil-quċċata, issib Triq Ferdinand u msaħħar mid-djar tipiċi tal-irħula Maltin, dur lejn ix-xellug fil-kisra li terġa’ tieħdok fil-qalba ta’ Ħal Għargħur.